Innu lil Gesu Salvatur ta’ Mro. Antonio Miruzzi: l-ewwel parti
Progress Press, 2015
academicJournal
Zugriff:
This article contains the following photographs: San Mattew Evangelista - Pittura ta' Robert Caruana Dingli - Mro. Antonio Miruzzi (1867-1944) - L-Irxoxt (Annibale Preca) ; Il-ħarġa tal-ktieb tal-festa tas-sena li għaddiet maħruġ mis-Soċjetà Mużikali Banda San Pio X ta’ Ħal Lija kien wieħed speċjali. Dan għaliex, is-sena 2014 ħabtet il-150 anniversarju tal-istatwa tas-Salvatur, li kienet inħadmet fl-1864 mill-istatwarju ta’ fama Karlu Darmanin, u l-100 sena mill-mewt ta’ San Pio X li ġrat fl-1914. Għal din l-edizzjoni speċjali kont ktibt artiklu fuq l-Innu lil Ġesù Salvatur, mużika ta’ Mro. Antonio Miruzzi (1867-1944) u versi bil-Malti tal-Mons. Ġużeppi Xerri. Dan kien sar bħala parti minn intervista li saritli minn Andrea Cassar, ċermen tal-kummissjoni banda żgħażagħ, bit-titlu ta’ Ġawhar mużikali li ndaqqu mill-Banda Pio X fil-festa. Fih kont tajt ħarsa in ġenerali tal-innu l-kbir bla ma qgħadt nidħol f’wisq dettal peress li kont wgħedt li nagħmel dan fil-ħarġiet li jmiss. Għaldaqstant, minn dis-sena ‘l quddiem għażilt li naqsam kitbieti f’sensiela ta’ artikli. L-ewwel tlieta rbatthom ma’ wieħed mit-tliet rakkonti tat-Trasfigurazzjoni skont il-vanġeli ta’ San Mattew, San Marku u San Luqa rispettivament. Ir-raba’ artiklu ser ikun marbut mat-tieni ittra kif insibuha fil-vanġelu skont San Pietru. B’hekk inkun qed nagħti perspettiva kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ dan il-kapolavur ta’ Miruzzi. Jerġa’, kull artiklu ser jinkludi wkoll analiżi mużikali dettaljata fuq il-passaġġi l-aktar importanti bħalma huma, l-arji tat-Tenur u l-Baxx, id-dwett ta’ bejniethom, u l-Għanja mill-kor, aktarx tat-tfal. Fl-artikli jista’ jidħol ukoll xi tagħrif ieħor, bħal ngħidu aħna dak bibliku u/jew topografiku, biografija fuq l-envanġelisti, ritratti ta’ pitturi tat-Trasfigurazzjoni minn artisti lokali magħrufin li jinsabu mxerrdin f’xi knejjes Maltin u Għawdxin, kif ukoll xi eżempji mużikali. ; N/A
Titel: |
Innu lil Gesu Salvatur ta’ Mro. Antonio Miruzzi: l-ewwel parti
|
---|---|
Autor/in / Beteiligte Person: | Socjeta Muzikali Banda San Pio X Lija ; Sciberras, Mark ; Pirotta, Manoel |
Link: | |
Veröffentlichung: | Progress Press, 2015 |
Medientyp: | academicJournal |
Schlagwort: |
|
Sonstiges: |
|