L-integrazzjoni tal-prietki ta' Ignazio Saverio Mifsud fil-parti storika tad-Dizzjunarju ta' Aquilina
University of Malta ; Faculty of Arts. Department of Maltese, 2011
Hochschulschrift
Zugriff:
B.A.(HONS)MALTESE ; Id-dokumenti mistħarrġa : Problemi ta' identifikazzjoni bejn nisel Sqalli, Toskan jew Latin Fl-istudji tal-Malti l-lingwisti jsibu diffikultà biex jagħrfu jekk kelma barranija hix ta' nisel Sqalli jew Toskan u d-dokumentazzjoni storika ma tantx tgħin f'dal-qasam għax ilMalti beda jinkiteb b'mod kontinwu mis-seklu 18 (Cremona 171-72). L-iskop tal-istudju tiegħi kien li jsir tiftix f'xi wħud mid-dokumenti bl-Isqalli Medjevali li nkitbu f'Malta biex nippruvaw nagħtu ħjiel sa fejn l-Isqalli kien għajn ta' tislif. Skont Cermona ħafna dokumenti tal-Arkivji Nutarili u tal-Katidral bl-Isqalli u bil-Latin, li jien analizzajt uħud minnhom għal dal-istudju, imorru lura għas-seklu 15 u għalhekk jistgħu jipprovdulna evidenza ta' użu ta' ċertu kliem f'Malta (171-72). Fid-dokumenti ltqajt ma' kliem li ma kienx possibbli li naqgħżel jekk hux Toskan jew Sqalli u għalhekk ħassejt li kelli ninkludih biex inkun aktar preċiż; dan jirrifletti lkumplessità tal-problema li tkellimt fuqha qabel. Ta' min ngħid li Cremona jsemmi li xi kliem seta' daħal fl-Isqalli mill-Franċiż jew mit-Toskan u mbagħad fil-Malti u għalhekk jinħoloq dubju fuq in-nisel ta' dal-kliem (174). Meta kont qed nanalizza xi dokumenti li kienu jinkludu ħafna kitba bil-Latin iltqajt ma' diffikultà simili peress li l-kittieba kienu, f'xi waqtiet, jinkludu kliem jew frażijiet li jkunu miktubin bl-Isqalli jew b'forma Latina li tixbhu. Ħafna drabi d-differenza kienet ċara biżejjed imma xi drabi l-qrubija ta' ċertu kliem Latin mal-Isqalli wassluni biex kliem bħal dan ninkludih ukoll. Kliem ta' nisel 'Ingliż' Brincat jgħid li l-kliem Ingliż ta' oriġini Anglo-Latina joħloq problema biex jingħaraf għax fil-biċċa l-kbira jikkonferma jew isaħħaħ l-użu ta' kliem ta' nisel Rumanz fil-Malti bħall-każ ta' pinna (IT penna, EN pen) u komuni (IT comune, EN common) ngħidu aħna; huwa jżid li kliem bħal dan seta' daħal fil-Malti fi żmien aktar bikri, mit-Toskan jew saħansitra mill-Isqalli ("Il siciliano e il maltese" 69). L-istudju tiegħi jidher li jikkonferma ...
Titel: |
L-integrazzjoni tal-prietki ta' Ignazio Saverio Mifsud fil-parti storika tad-Dizzjunarju ta' Aquilina
|
---|---|
Autor/in / Beteiligte Person: | Camilleri, Leanne |
Link: | |
Veröffentlichung: | University of Malta ; Faculty of Arts. Department of Maltese, 2011 |
Medientyp: | Hochschulschrift |
Schlagwort: |
|
Sonstiges: |
|